Saturday, May 18, 2024

Under 15: Malta tegħleb lill-Iskozja u tirbaħ tournament tal-UEFA

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena kiseb riżultat prestiġjuż meta għeleb lill-Iskozja bl-iskor ta’ 3-2.

Kienet rebħa mistħoqqa għas-subien tagħna, li qasmu l-logħob mal-avversarji u  ħolqu numru ta’ opportunitajiet tajbin ta’ goals.

Wara li nhar il-Ġimgħa li għadda għelbu lil Ġibiltà bl-iskor ta’ 2-0, il-Maltin rebħu din l-edizzjoni tal-UEFA Development Tournament b’punti massimi, skorjaw ħames goals u sofrew biss tnejn.

Il-plejers kollha magħżula għal dan it-tournament ħarġu miċll-hubs tal-‘Fondazzjoni Inhobb il-Futbol’, ​​imwaqqfa strateġikament mill-Assoċjazzjoni … l-ewwel sinjali li dan l-approċċ fuq l-iżvilupp taż-żgħażagħ lokali qed jagħti l-frott.

Intant, wara biss żewġ minuti logħob, il-Maltin setgħu fetħu l-iskor meta Matteo Paolo Grech għadda lejn Jaylen Zarb, li t-tentattiv minn pożizzjoni ideali għadda minn fuq il-mimduda. Fit-18-il minuta, l-Iskozja marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Fletcher Boyd wara li d-difiża Maltija naqset li tikklerja l-periklu.

Iżda l-Maltin għamlu reazzjoni u tliet minuti wara, il-goalkeeper Skoċċiż, Alastair Graham, dawwar tentattiv ta’ Zarb f’corner u fil-25 minuta, l-istess goalkeeper reġa’ wettaq save fuq xutt fil-baxx ta’ Emerson Meilak.

Fit-tieni taqsima, l-Iskoċċiżi ħarġu tajjeb u fid-49 minuta,

Taylor Hogarth laqat il-mimduda minn tarf il-kaxxa.

Madankollu, fil-55 minuta, Malta kisbu d-draw meta Liam Buhagiar għadda lil Scott Camilleri f’tarf il-kaxxa, li għeleb lil Graham b’xutt fil-baxx.

Iżda ħames minuti wara, l-Iskoċċiżi reġgħu marru fil-vantaġġ meta Conmar Christie kkonkluda bir-ras. Iżda fl-attakk sussegwenti, il-Maltin kisbu d-draw minn Buhagiar li spara fix-xibka wara żball fid-difiża Skoċċiża.

U proprju fis-66 minuta, Dale Vella skorja l-goal tar-rebħa permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-corner ta’ Daniel Pawley.

Malta
Jayden Farrugia, Drew Miceli (Ethan Brincat-Winters 52), Liam James (Keerin Formosa 60), Emerson Meilak (Izaak Mizzi-Bonello 41), Dale Vella, Andreas Vella, Bjorn Caruana (Scott Camilleri 41), Daniel Pawley, Matteo Paolo Grech (Liam Buhagiar 52), Jack Camilleri (Kayden Zerafa 60), Jaylen Zarb (Jean Formosa 52).
Coach: Francesco Macri

Scotland
Alastair Graham, Jack Caldwell (Jack Barr 64), Hayden Borland (Euan Glasgow 74), Lewis Carrol, Samuel Sedwell, Jacob Donnelly (Josh Holt 74), Fletcher Boyd (Aidan MacCallion 41), Alexander Smith (Jamie Hislop 64), Taylor Hogarth, Nicholas Castelli (Finlay Brown 52), Ezekiel Molife (Cormac Christie 52)
Coach: James Grady

Referee: Patrick Falzon

Sport