Iweġġa’ gravi wara li ċedew xi xorok li kien qed fuqhom

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebuġa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.00pm waqt li kien qiegħedwaqt li kien qiegħed fuq bejt ta’ residenza ċedew xi xorok, b’konsegwenza li waqa’ minn xi għoli.

Il-Pulizija qalu li huma marru fi Pjazza Sir Luigi Preziosi, il-Furjana wara li saret talbet għall-għajnuna.

Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.

Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport