Monday, April 29, 2024

Il-Ħamas jirrifjuta proposta ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaża

Aqra wkoll

Il-Grupp Hamas irrifjuta proposta għal waqfien mill-ġlied wara li aktar kmieni llum kienu għaddejin negozjati bit-tama li tinstab soluzzjoni.

Diversi aġenziji tal-aħbarijiet qegħdin jirraportaw li uffiċjal għoli fil-grupp Hamas li jmexxi l-Medda ta’ Gaza qal li ma setgħetx tiġi aċċettata l-proposta.

“Mhux qegħdin naċċettaw il-proposta li saret u ġejna informati biha mill-Gvern Eġizzjan. L-eżekuttiv tal-Hamas iltaqa’ ftit tal-ħin ilu u ddeċieda dwar dan,” qal Ali Baraka li hu responsabbli mill-affarijiet barranin.

Il-proposta li kienet maqsuma fi tliet partijiet kienet taħseb biex il-ġlied jieqaf għal sitt ġimgħat biex tiffaċilita l-iskambju ta’ ostaġġi miżmuma mill-Ħamas għall-priġunieri Palestinjani f’Iżrael.

Wara xhur sħaħ ta’ ġlied intensiv, fi tmiem il-ġimgħa l-Iżrael ħabbar li rtira l-forzi tiegħu mill-belt tan-nofsinhar ta’ Khan Yunis biex jippermetti lit-truppi jirkupraw bi tħejjija għall-fażi li jmiss tal-gwerra, inkluż l-attakk f’Rafah.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport