Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza f’Birkirkara. L-inċident seħħ ilbieraħ, bir-residenza tinsab fi Triq Dom Mauro Inguanez.

Jirriżulta li fil-ħin tal-inċident ir-raġel, li għandu 47 sena, kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lir-raġel, li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport