Friday, November 15, 2024

Iweġġa’ gravi wara li kien nieżel minn fuq scaffolding u waqa’

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tad-09:00 a.m kien involut f’inċident, ġewwa fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Albaniż ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien nieżel minn fuq scaffolding, waqa’ u ħabat rasu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport