Raġel iddaħħal l-Isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li Albaniż ta’ 34 sena residenti Ħaż Żebbuġ, sofra xi ġrieħi meta ntlaqat minn gaffa żgħira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.