Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-05:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Buqana, ir-Rabat, Malta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn isuq e-kick scooter misjuq minn Marokkin ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura BMW 320D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Imtarfa.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-iscooter sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Dan is-sit jinsab infurmat li r-raġel sofra ġrieħi gravi.
Bħalissa lane minnhom tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.