Friday, May 3, 2024

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali salva iktar minn 100 qattus fl-ewwel xahrejn tal-2023

Aqra wkoll

Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali rnexxielu jsalva madwar 120 qattus/a. Ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’messaġġ li kitbet fuq il-paġna ta’ Facebook iktar kmieni llum propju fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għas-Salvataġġ tal-Qtates.

“Minkejja l-istejjer negattivi li ħafna drabi jiddominaw il-midja soċjali, dawn iċ-ċifri huma turija ċara tal-impenn u d-dedikazzjoni tal-uffiċjali fi ħdan id-Direttorat tal-Ħarsien għall-Annimali,” saħqet Said.

Sport