Tuesday, May 14, 2024

Argument jaħraq bejn l-aħwa Glazers dwar il-bejgħ ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Is-sidien ta’ Manchester United, il-familja Glazers, xejn m’huma qed jaqblu dwar il-bejgħ tal-club, tant, li kellu jiġi pospost għal Mejju li ġej. 

Rapporti qed isostnu li waqt ikla f’restautant fl-Istati Uniti, inqala’ argument jaħraq bejn l-aħwa dwar din il-kwistjoni, tant, li s-sid tar-restaurant kellu jintervjeni biex iżommu l-vuċijiet tagħhom baxx. 

Erba’ mill-aħwa, li dejjem ikunu fid-dell taż-żewġt aħwa l-oħra, Joel u Avram, aċċettaw is-somma ta’ £4.5 biljuni għall-bejgħ tal-club iżda dawn it-tnejn tal-aħħar għadhom qed jisistu li mhux se jħallu lill-club jitlaq minn idejhom jekk l-offerenti ma jilħqux is-somma oriġinali … dik ta’ £6 biljuni. 

Jidher li Joel u Avram mistennija li jaċċettaw investiment fil-club biex huma jibqgħu jkollhom l-akbar sehem filwaqt li jixtru l-ishma ta’ ħuthom. 

Sorsi qalu li anke jekk l-offerenti issa jkunu lesti li jħallsu s-£6 biljuni, jidher li l-Glazers se jilħqu ftehim mal-konsorzju Amerikan, Elliot Management, fejn dan mistenni li jiddepożita £2 biljun għal investiment minoritarju. 

B’hekk, il-fatt li t-team tar-Red Devils jinsab għaddej minn forma brillanti u fis-sajf li ġej se jsir investiment biex tissaħħaħ l-iskwadra, iż-żewġt aħwa Glazers qed jaraw lill-club ta’ Old Trafford bħala “baqra finanzjarja” biex fil-futur ikunu jistgħu jivvalutaw lill-club għal £9/£10 biljuni … u mbagħad jagħtu l-addio lill-United. 

Sport