Sunday, November 24, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’ħajt fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-12:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena li joqgħod il-Mosta stess, kien qiegħed isuq Hundai I30 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt. 

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport