Saturday, December 21, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-7:45 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Indjan ta’ 35 sena residenti s-Swieqi, tilef il- kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Peugeot Tweet, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport