Friday, April 26, 2024

Indjana tinqafel id-dar ma’ binha għal tliet snin minħabba l-pandemija … ir-raġel kellu jmur jgħix għal rasu

Aqra wkoll

Mara nqaflet id-dar għal tliet snin sħaħ flimkien ma’ binha u ma ħalliet l-ebda persuna tidħol id-dar bit-tama li jitbiegħdu mill-pandemija tal-Coranavirus kemm jista’ jkun.

Munmun Majhi, mara ta’ 33 sena li tgħix f’Gurugram l-Indja, appena beda l-ewwel lockdown fl-2020 iddeċidiet li hi u binha ta’ 10 snin jeżiljaw ruħhom min-nies billi jinqaflu f’darhom u ma jkollhomx kuntatt ma’ terzi persuni għall-ebda raġuni.

Majhi, saħansitra lanqas kienet tħalli lil żewġha, Sujan Majhi, jidħol id-dar wara ġurnata xogħol. Għall-bidu huwa beda jgħix ma’ sħabu u xi qraba filwaqt li baqa’ jħallas il-kera tad-dar matrimonjali u jitlaq ix-xirja quddiem il-bieb ta’ barra. Eventwalment, huwa ġie dahru mal-ħajt u kellu jikri flat għalih.

Sport