Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tad-8:45 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Pakistan ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.