Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kien involut f’inċident fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Birkirkara, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Honda, u waqa’. Waqt li kien mal-art, hu ntlaqat minn mutur ieħor, li telaq minn fuq il-post tal-inċident sakemm waslet il-Pulizija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qiegħda ssir tfittxija għall-mutur l-ieħor involut.