Monday, December 23, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn gallarija fil-Kalkara

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-4:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ biswit residenza fi Triq il-Genista, il-Kalkara. 

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel mir-Repubblika Ċeka kien waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs mill-gallarija tar-residenza li joqgħod fiha.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport