Sunday, May 5, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn gallarija fl-Imġarr

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tal-10:10 a.m kien involut f’inċident fi Triq il-Ħarruba, l-Imġarr.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr kien waqa’ madwar sular għoli waqt li kien fil-gallarija ta’ residenza privata.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport