Saturday, May 4, 2024

Bosta jikkundannaw filmat ta’ żewġ persuni jwettqu att sesswali fil-pubbliku

Aqra wkoll

Filmat li kiseb dan is-sit iżda li minħabba raġunijiet ovvji mhuwiex se jkompli jxerred juri żewġ persuni jwettqu att sesswali f’post pubbliku.

Il-filmat li x’aktarx ittieħed minn San Ġiljan u li s’issa għadu mhux magħruf jekk huwiex filmat riċenti jew le, juri liż-żewġ persuni jwettqu att sesswali fid-dawl tax-xemx waqt li persuni oħra għaddejjin jimxu/jiġru triq fuqhom.

Il-filmat li nxtered ukoll fuq il-midja kien segwit minn għexieren ta’ kummenti b’bosta jikkundannaw dik li huma rreferew bħala “ħniżrija” u “ta’ wara l-muntanji”, b’oħrajn jiħduha aktar bil-kalma u jiċċajtaw b’diversi frażijiet biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Jekk kemm-il darba persuna tinqabad fil-fatt twettaq atti simili jkollha taffaċċja sanzjonijiet minħabba reati li jvarjaw fost l-oħrajn minħabba indiċenza pubblika.

Sport