Sunday, December 22, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’binja li tinsab fi Triq Atocia, il-Ħamrun.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti Ħal Qormi waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport