Tuesday, April 30, 2024

Iweġġa’ serjament wara li ttajjar minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 18-il sena residenti l-Fgura weġġa’ serjament wara li ttajjar minn karozza fil-Ħamrun.

Kien għall-ħabta tad-9.00 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp. 

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li s-Sirjan kien intlaqat minn Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida. 

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport