Thursday, April 18, 2024

ARA: “Wara l-budget tal-bieraħ Christmas Father jista’ jżarma!”

In-nies sodisfatti bil-Budget imħabbar ilbieraħ

Aqra wkoll

Proprju l-għada li tħabbar il-Baġit għas-sena 2023, dan is-sit terraq lejn it-toroq ewlenin tal-Belt Valletta fejn fost oħrajn saqsa lin-nies li ltaqa’ magħhom x’kienu dawk il-miżuri ewlenin li l-iktar li laqtuhom.

Fost l-aktar miżuri ta’ benefiċċju li semmew hemm iż-żieda fil-pensjonijiet kif ukoll iż-żieda fil-COLA għal €9.90. Oħrajn qalu li dan kien baġit ta’ serħan il-moħħ u b’ruħ soċjali anke għall-carers.

Persuna partikolari qalitilna li wara l-budget tal-bieraħ ippreżentat mill-Ministru Clyde Caruana, Christmas Father jista’ jżarma. Huwa ċċajta magħna rigward il-fatt li l-budget tant kien fih għotjiet li jaqbeż l-ammont ta’ rigali li mdorrijin inqabblu mar-rigali li jitqassmu fi żmien il-Milied.

Spikka kumment tal-Membru Parlamentari Laburista Omar Farrugia li fost oħrajn qal li dan kien budget ieħor ta’ ċertezza u stabbiltà.

Iż-żieda ta’ €12.50 fil-ġimgħa lill-pensjonanti ntlaqgħet ukoll tajjeb ħafna minn bosta anzjani li tkellimna magħhom. Wieħed minn dawn qalilna li din il-miżura se taffettwah billi issa ilu sena li  qabeż l-età legali tal-irtirar. 

Huwa qal li jemmen li din hija waħda mill-miżuri li l-aktar se jagħmlu ġid lil dawk li jiddependu b’mod esklussiv minn dak li jdaħħlu mill-pensjoni speċjalment l-għoli tal-ħajja hekk kif is-sitwazzjoni ekonomika fid-dinja mhix daqstant feliċi. Għaldaqstant, sostna li għajnuna bħal din żgur se tagħmel ħafna ġid.

Anzjana oħra rringrazzjat lill-Gvern taż-żieda li tahom fil-pensjoni filwaqt li mara partikolari semmitilna ż-żieda qawwija fil-Carers Grant, għal dawk il-ġenituri li ma jaħdmux biex jieħdu ħsieb lil uliedhom b’diżabilità severa. Mis-sena d-dieħla din l-għotja se titla’ minn €500 għal €4,500.

Raġel ieħor qalilna li jinsab kuntent bil-budget, speċjalment fil-kuntest ta’ sfidi internazzjonali li qegħdin ngħixu fihom illum il-ġurnata. “Naħseb li l-Gvern ma setax jagħmel iktar milli jagħmel fejn laqat kull faxxa tas-soċjetà speċjalment l-anzjani u anke ż-żgħażagħ li se jagħtihom għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin biex ikunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Apparti hekk, hemm ukoll iż-żieda ta’ €9.90 fil-ġimgħa li hija l-akbar żieda fiċ-ċirkostanzi tal-lum.”

Ekonomija

Sport