Tuesday, April 30, 2024

“Arrigo saħħaħ il-kredibbiltà għax kien kapaċi jiġbed il-widnejn dwar il-partit tiegħu stess”

Il-Parlament isellem lil Robert Arrigo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Intant fis-seduta tal-lejla, il-Parlament sellem il-memorja tal-kollega Robert Arrigo u f’diskorsi mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fakkru uħud mill-karatteristiċi uniċi tiegħu.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fakkar dwar l-umiltà ta’ Arrigo u qal karatteristika li kienet tiddistingwih minn diversi politiċi oħrajn kienet li kien kapaċi jagħraf u jammetti dwar it-tajjeb fil-partit oppost.

Huwa tkellem dwar il-kredibbiltà f’dak li kien jgħid u li din kompla jtejjibha tul il-karriera politika tiegħu. Fakkar li Arrigo, waqt li kien għadu qiegħed iservi lill-elettorat tiegħu, kien kapaċi jiġbed l-attenzjoni rigward nuqqas li kien hemm fil-partit tiegħu stess u dan sforz ta’ kemm kien iħobb lill-istess partit. 

Sport