Tuesday, May 14, 2024

Nimplimentaw wegħdiet elettorali ibbażati fuq il-weġgħat tan-nies

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet fil-parlament li waqt li ftit tax-xhur ilu kienet qiegħda ddur lin-nies tal-Baħrija, semgħet il-weġgħat ta’ bdiewa li kienu rċevew ittri b’talbiet ta’ eluf ta’ ewro dovuti fi ħlas ibbażati fuq reviżjoni tal-kirjiet tal-art li kien ilhom snin jaħdmu. 

Il-Ministru spjegat li dan il-gvern qiegħed ikompli juri kemm se jkun qiegħed iżomm mal-wegħdiet elettorali tiegħu ibbażati fuq dawn il-weġgħat u kif b’din l-emenda, il-bdiewa ġenwini se jkunu qegħdin jingħataw serħan il-moħħ li l-evalwazzjoni tal-art tagħhom se tkun qiegħda ssir b’mod separat minn artijiet oħra li jmissu ma’ dik l-art agrikola li minnha jkunu qegħdin jaqilgħu l-għajxien tal-familja.

Filwaqt li għamlet referenza għad-diskors li sar fl-aħħar jiem mid-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina li tkellem dwar ċertu “misteri”, Farrugia Portelli qalet li l-ikbar misteru għall-poplu, b’mod speċjali għal dawn il-bdiewa li spiċċaw f’kawżi quddiem il-qrati jibqa dak ta’ kif gvern nazzjonalista f’25 sena ma kienx kapaċi joħroġ b’soluzzjoni biex isalva l-ħidma ta’ dawn in-nies. Fakkret ukoll li l-istess deputat qal li kellu jitwal il-perjodu ta’ konsultazzjoni u li dan kien se jwassal biss biex aktar bdiewa jispiċċaw jilħqu jiġu żgumbrati b’detriment ta’ ħolqiet li jispiċċaw ikomplu jintilfu minn din il-katina li tassigura mill-kultivazzjoni tal-ikel Malti.

Sport