Wednesday, July 24, 2024

Iweġġgħu ħafif wara li tilfu l-kontroll tal-jetski u ħabtu ma’ fast ferry f’Ħondoq ir-Rummien

Aqra wkoll

Mara u raġel, it-tnejn ta’ nazzjonalitá Franċiża, qed isofru minn ġrieħi ħfief, wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:45 p.m, kienu involuti f’inċident bil-jetski bejn Ħondoq ir-Rummien.

Kelliem għall-Pulizija qalilna li l-impatt seħħ bejn jetski li kien qed jinstaq mill-vittmi u fast ferry.

Huma ttieħdu l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħataw kura immedjata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Żewġ Franċiżi l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident bil-јetski

Bħalissa għadu kif seħħ inċident fil-baħar beјn Għawdex u Kemuna

Minn informazzјoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li żewġ Franċiżi ta’ madwar 30 sena kienu qed isuqu jetski bejn Ħondoq ir-Rummien u Kemuna.

Huma ntlaqtu minn dgħaјsa li kienet għaddeјјa b’veloċita’ qawwiјa ħafna.

Minħabba f’hekk dawn spiċċaw fil-baħar u ġew salvati. Huma ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal iktar kura meħtieġa.

Il-kundizzјoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalјi malli taslilna …

Ekonomija

Sport