Wednesday, July 24, 2024

Ħassejt li kien wasal iż-żmien għal sfida ġdida fil-karriera tiegħi – Andreas Galea

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fis-sigħat li għaddew tħabbar trasferiment importanti fil-waterpolo lokali, hekk kif Andreas Galea ngħaqad ma’ Sliema ASC mingħad San Ġiljan ASC, li magħhom rebaħ ħames kampjonati u tmien knock-outs.

Dan is-sit tkellem ma’ Andreas innifsu fejn tana iktar dettalji rigward dan it-trasferiment:

“Ir-raġuni ewlenija li ħallejt lil San Ġiljan kienet li kont lejn l-aħħar tal-kuntratt tiegħi. Kemm jien kif ukoll San Giljan ġejna fi ftehim li nibdew ninnegozzjaw mat-tim ta’ Sliema għax kont interessat fil-proġett li qed jaħdem fuqu l-klabb u wara 15-il sena mas-Saints, ħassejt li kien wasal iż-żmien għal sfida ġdida fil-karriera tiegħi.”

“L-għanijiet tieghi huma l-istess li dejjem kienu jiġifieri li naħdem għat-tim li nkun qiegħed nilgħab għalih u nagħti kemm nista’ biex nisfidaw għal kull titlu possibli.”

 

Ekonomija

Sport