Saturday, December 21, 2024

Iwieġeb l-Avukat ta’ Anthony Borg

Aqra wkoll

B’referenza għall-artiklu li deher ilbierah fuq talk.mt bit-titlu “Anthony Borg imfittex mill-Pulizija għax naqas milli jiffirma l-għassa”, l-Avukat tiegħu David Gatt wieġeb għal dan l-artiklu f’ismu.

Huwa qal: “Ninformak illi wara verifiki li saru mal-Uffiċċjali prosekuturi li magħhom għandu l-kawżi Borg, kif wkoll illi Borg Toni stess mar l-għassa fejn jiffirma biex jaċċerta illi m’hemmx xejn li hu mfittex, dan l-artikolu huwa għal kollox bla ebda bażi veritiera. B’hekk skont il-Liġi tal-Istampa nitolbok tikkoreġi dan l-iżbal billi tippubblika ‘right of reply’ skont kif hawn miktub.”

Intant dan is-sit għandu f’idejh l-informazzjoni li Anthony Borg kien verament imfittex mill-Pulizija wara li naqas milli jiffirma fl-għassa għal diversi drabi.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport