Friday, December 13, 2024

Ix-xogħol fuq iċ-Ċentru Reġjonali għas-Saħħa Vincent Moran miexi ġmielu

Aqra wkoll

Se jkun lest kif ippjanat biex jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti din is-sena

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li x-xogħol fuq iċ-Ċentru Reġjonali għas-Saħħa Vincent Moran f’Raħal Ġdid miexi ġmieli. Tant hu hekk li jinsab “on target” li jfisser li se jkun lest kif ippjanat biex jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti din is-sena.

Dan se jkun qiegħed jagħti servizz viċin il-pazjenti biex b’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jieħdu servizz aħjar u servizz aktar fil-pront.

Meta kien qed jitkellem dwar dan il-proġett, id-Deputat Prim Ministru qal li qed jreġġgħu lura politika żbaljata li kien hemm taħt amministrazzjoni Nazzjonalista li jitnaqqas is-servizz fil-komunità. Id-Deputat Prim Ministru qal li dan il-gvern qed jaħdem bil-kontra fejn saru u qed isiru numru ta’ investimenti fil-komunità kif fil-fatt ġew imħabbra tul dawn l-aħħar xhur.

Vincent Moran serva fil-parlament bejn 1962 u 1996 se jibqa’ mfakkar bħala l-missier tal-kura primarja u kien il-moħħ wara l-ispeċjalizazzjoni fil-kura tat-tfal u t-tqala u l-bini tal-Isptar Karen Grech. 

Ekonomija

Sport