Sunday, December 22, 2024

Ix-xorb eċċessiv u l-abbużi minn sustanzi huma wħud mill-fatturi li qed jikkawżaw l-inċidenti stradali

Aqra wkoll

Bħala parti mill-ħidma teknika fit-tħejjija tal-istrateġija l-ġdida għas-sigurtà fit-toroq, il-Gvern se jkun qed jieħu inkonsiderazzjoni tal-fatturi li jwasslu għall-inċidenti stradali.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastuttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, fi tweġiba parlamentari qal li dawn jinkludu, imma mhux limitati, għal xorb eċċessiv u abbużi minn sustanzi.

Fl-istess waqt, fi tweġiba separata, il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, spjega li kull meta Maġistrat Inkwerenti jirrakkomanda li jittieħdu passi kontra xi persuna involuta f’inċidenti stradali, il-konklużjonijiet tal-Inkjesti Maġisterjali jgħaddu direttament lill-Pulizija li hija l-awtorità li tmexxi l-prosekuzzjonijiet f’każijiet bħal dawn.

Ekonomija

Sport