Sunday, October 27, 2024

Ix-xorti ta’ Napoli m’għadhiex li kienet … iweġġgħu żewġ plejers oħra

Aqra wkoll

Jidher li x-xorti ta’ Napoli f’dawn l-aħħar ġimgħat m’għadhiex dik li kienet. Wara li sfaw eliminati mill-UEFA Champions League għas-spejjeż ta’ Milan, fil-kampjonat għandhom vantaġġ sew fil-klassifika bil-wirjiet li lanqas għadhom dawk li kienu.

Sadanittant il-kowċ Luciano Spalletti se jkollu jħalli barra mill-iskwadra żewġ plejers li jinsabu mweġġgħin u dawn huma Matteo Politano u Mario Rui. It-tnejn li huma mistennija jdumu barra għal madwar xahar.

Napoli għandhom vantaġġ ta’ 14-il punt fuq l-eqreb rivali Lazio.

Sport