Ix-xufier li aktar kmieni beda jinxtered filmat tiegħu wara li għabba persuni fil-bagoll ġie identifikat. Fi stqarrija maħruġa minn Transport Malta ntqal li t-Taqsima tal-Infurzar tal-Awtorità wettqet tfittxija estensiva biex jiġi identifikat ix-xufier u t-tag tiegħu ġiet sospiża.
Transport Malta kkundannat bil-qawwa l-vjolazzjonijiet imwettqa minn sewwieqa irresponsabbli fit-toroq tagħna. Żiedet tgħid li l-filmat ippubblikat iktar kmieni qajjem tħassib serju dwar is-sigurtà pubblika.
Dan il-każ issa se jitressaq mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, fejn se jinħarġu akkużi kontra s-sewwieq fil-jiem li ġejjin.