Fr. Joe Borg, fl-aħħar ħin iddikjara li l-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona kien ixxokkja ruħu fil-kwistjoni tad-divorzju għax induna li l-poplu inbidel.
F’kumment li għadda qal li “naħseb l-akbar kontribut ta’ l-Arqisqof Emeritus Pawl Cremona kienet li ġab il-Knisja qrib in-nies. Kien iħobb in-nies. Kien jixgħel wiċċu bin-nies u n-nies jixgħelu quddiemu għax kienu jħossuha din l-imħabba. U għax kien tant viċin in-nies imbotta mudell ta’ knisja mibni fuq il-Kommunitajiet insara tal-bidu, fejn kien hemm sens qawwi ta’ komunità u sens inqas b’saħħtu ta’ istituzzjoni. U l-knisja kienet għadha ma kinitx organizzata ħafna. Ma kienx ikun komdu mal-istituzzonijiet daqs kemm ikun komdu man-nies.”
Fr Joe Borg ikompli jgħid li “l-knisja tal-bidu kienet tbaqbaq b’din l-inmħabba ġdida li qed jiżviluppaw u allura l-ideat ibaqbqu. Nafu bil-ġlieda bejn San Pawl u San Pietru. L-Arċisqof Pawlu Cremona kien hemm. Bniedem li tista’ titkellem miegħu u jisimgħek”
“Tista’ ma taqbilx miegħu u jisimgħek. Tista’ tikkritikah u jitgħallem jew jipperswadik għax iħobbok. Xi ħaġa li mmarkat l-episkopat ta’ Mons Cremona kienet il-kwistjoni tad-divorzju. Talabni ngħid lill-Moviment li kien kontra u aċċettajt”.
“Ma tantx irnexxielna. Hu kien ixxokkja ruħu u anke aħna ixxukkjajna ruħna. Indunajna li l-pajjiż kien inbidel u dik naħseb għalih kienet weġgħa u kompla jħobb u kompla jaħdem. Illum l-Arqisqof Emeritu Pawlu Cremona m’għadux magħna kif kien qabel imma għadu magħna. Żgur li se jibqa’ iħobb jgħin u jiddefendi l-Knisja f’Malta.”