Saturday, December 28, 2024

Iż-żagħżugħ mixli bil-qtil involontarju ta’ Antoine Degabriele jingħata l-ħelsien mill-arrest

Il-Maġistrat titlob għall-introduzzjoni tal-eletronic tagging

Aqra wkoll

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Dean Donovan Frendo li qiegħed jiġi mixli bil-qtil involontarju ta’ Antoine Degabriele wara li dan tal-aħħar nstab bla ħajja fiż-Żejtun nhar il-5 ta’ Awwissu li għadda.

Fil-Qorti nstema’ kif filmati tal-inċident elevati minn CCTVs fiż-żona wrew karozza ssuq b’veloċità qawwija u oħra tgħaddi ftit sekondi wara aktar viċin il-bankina. Din tal-aħħar kienet proprju l-istess karozza li tajret lil Degabriele li konsegwentament spiċċa mixħut f’għalqa maġenb l-istess bankina.

Id-difiża ta’ Frendo għamlet talba għal ħelsien mill-arrest quddiem il-Qorti Kriminali liema talba ġiet onorata f’digriet mill-Qorti. Fid-digriet, il-Qorti rrimarkat li Frendo qatt ma xellef difrejgħ mal-ġustzzja u li ilu aktar minn xahar fil-kustodja tal-Pulizija b’rabta mal-każ. Il-Qorti żiedet tgħid li l-imputat ma jistax isofri minħabba d-dewmien fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Madanakollu l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera talbet biex jiġi introdott l-użu tal-electronic tagging. Biex dan iseħħ jeħtieġ li jkun hemm tibdil fil-liġi li tinsab fuq l-aġenda parlamentari. 

Scerri Herrera ħelset lill-imputat mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €7,000.

Il-Qorti min-naħa tagħha ħatret uffiċjal tal-Probation biex isegwi lil Frendo filwaqt li ġie ordnat ma joħroġx minn daru bejn it-8:00 p.m u s-6:30 a.m kif ukoll li jiffirma kuljum fl-eqreb għassa.

Ekonomija

Sport