Wednesday, October 8, 2025

Iż-żewġ koppji Maltin li mietu waqt vaganza fil-Kroazja aktarx mietu mgħarrqa

Aqra wkoll

L-erba’ Maltin li  matul il-ġimgħa li għaddiet kienu qed jivjaġġaw waqt vaganza fil-Kroazja u li tilfu ħajjithom, aktarx mietu mgħarrqa. Dan ġie kkonfermat il-midja Kroata hekk kif ħarġet l-awtopsja. 

Il-koppja Jeremy Gambin u Lorraine Gambin ta’ 68 u 67 sena, u Kevin Bonnici u martu Alexandra Bonnici li kellhom 67 u 66 sena, tilfu ħajjithom traġikament il-Ħamis li għadda meta waqgħu mill-għoli għal ġol-baħar bil-vettura tal-kiri.

Il-Midja internazzjonali Burin qalet li l-awtopsja ma tat ebda konferma li r-raġel li kien qed isuq il-vettura Kevin Bonnici tah xi attakk f’qalbu. Ingħad li mill-awtopsja jirriżulta li l-erba’ Maltin kienu b’saħħithom  u ma nstabitx kawża li setgħet wasslet għall-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport