Tuesday, December 24, 2024

“Iż-żgħażagħ huma l-futur ta’ pajjiżna”… Tinħatar direttur għad-diskors politiku

Aqra wkoll

Martina Grech – Tinħatar direttur għad-diskors politiku wara  li għal diversi snin serviet bħalako-ordinatriċi tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ u li tant ħadmet fis-settur taż-żgħażagħ; iżda wkoll żagħżugħa b’talent u enerġija massima li żgur li għandha futur mill-isbaħ quddiemha.

Iddeskrivi l-irwol tiegħek bħala Direttur għad-diskors politiku. 

Ili għal dawn l-aħħar seba’ snin nieħu sehem fil-Parlament Nazzjoanli taż-Żgħażagħ u issa ġejt maħtura bħala direttur għad-diskors politiku. Hija esperjenza indimentikabbli li ma nbiddilha ma xejn. Kull sena jkollna l-opportunità li nippreżentaw dokument bil-proposti tagħna bħala parti mill-Parlament Nazzjoanli taż-Żgħażagħ flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex imbagħad jiġu ppreżentati lill-Prim Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni u kif ukoll il-President ta’ Malta. Il-preparamenti jdumu xhur għaliex wieħed irid jagħmel ir-riċerka neċessarja biex jippreżenta dokument bħal dan. Apparti r-riċerka, hemm ukoll l-involviment tal-Gvern, fejn aħna nippruvaw niltaqgħu ma’ kemm jista’ jkun Ministri u Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mill-Kabinett li jkollhom ċerti rwoli u li jkunu ta’ għajnuna fejn l-aħjar inkunu nistgħu nimxu, apparti minnhekk jkolna wkoll diskussjoijiet mal-membri tal-oppozizzjoni, NGO’s fost ohrajn. Bħala Ko-ordinatur tal-group tieghi f-edizzjoni passati, tgħallimt kemm hu importanti li tmexxi lit-team tiegħek u tgħinhom f’kull punt li jkollhom bżonn. Dan ma jfissirx biss fejn jidħol ir-riċerka u preżentazzjoni tad-dokument imma kif ukoll dakinhar tas-seduta tal-Parlament fejn inkunu ilna nippjanaw l-emendi u suġġerimenti tagħna minn żmien qabel. Inħossni onorata li ssa gejt maħtura bhala direttur f’dan il-qasam għaliex hekk kif qabel kont biss nippartcipa fih issa nista mmexih u nkun part integrali tal-formazzjoni tieghu, is-sodisfazzjon li tħoss meta x-xogħol ikun lest u l-ħbiberiji ġodda li tagħmel huma indeskrivibbli. Wara din l-esperjenza ma nkunux biss kollegi imma wkoll familja.

X’responsabbiltajiet iġorr miegħu dan ir-rwol? X’attivitajiet diversi torganizzaw?

Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagh mhuwiex attività ta’ darba mbagħad jispiċċa, imma jieħu ħafna ħin u ġranet twal. Fost ħafna attivitajiet li jiġu organizzati bħala taħriġ għall-ġurnata finali tal-Parlament hemm Public Speaking workshops, Brain storming sessions, attivitajiet ta’ Team building kif ukoll diversi laqgħat mal-ministeri, segretarji parlamentari, membri tal-oppozizzjoni u NGO’s. Apparti minn hekk il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jorganizza diversi attivitajiet li jkunu ta’ interess nazzjonali speċjalment fejn ikun involut is-settur taż-żgħażagħ.

X’tistenna s-soċjetà miż-żgħażagħ tal-lum, u ż-żgħażagħ x’jistennew mis-soċjetà? 

Iż-żgħażagħ huma l-futur ta’ pajjiżna u bħala parti mis-soċjetà ma nħossux li għandna nkunu biss rwoli tal-futur imma nemmen li għandna nieħdu rwol attiv issa fis-soċjetà, u nkunu nvoluti fil-ħajja preżenti tal-lum u parti mid-deċiżjonijiet ewlenin li jittieħdu. Nemmen li s-soċjetà għad baqagħla ħafna x’tifhem miż-żgħażagħ għaliex iż-żminijiet u ċ-ċirkustanzi jinbidlu u hekk ukoll jinbidlu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ. Hemm bzonn nieħdu ħafna aktar prekawzjonijiet speċjalment fejn tidħol l-edukazzjoni u s-saħħa mentali għaliex dawn jistgħu iħallu effetti kbar ‘il quddiem fil-kwalità tal-ħajja tal-bniedem.

X’inhu r-rwol taż-żgħażagħ fis-soċjetà? X’inhu r-rwol tas-soċjetà u ż-żgħażagħ li jipproteġu persuni anzjani?

Importanti li bħala żgħażagħ jimpurtana b’dak kollu li qed jiġri madwarna u nkunu nvoluti f’dak kollu li qed jiġri. Bħal kull ċittadin, aħna m’għandniex dmirijiet biss imma għandna wkoll responsabbiltajiet u waħda mir-responsabbiltajiet hija li nkunu aġġornati fil-ħajja ta’ kuljum x’qed jiġri madwarna. Nemmen li għandna ħafna x’noffru lill-pajjiż bl-involviment tagħna, l-ideat u l-innovazzjoni hija importanti u għalhekk huwa importanti li nżommuhom ħajjin. Ftit ilu kont parti minn sessjoni speċjali magħmula minn Żgħażagh u anzjani u ndunajt diversi nuqqasijiet li hemm biex it-tnejn li huma jkunu jistgħu jaħdmu id f’id. Ma tistax inti taħdem ma’ ġenerazzjonijiet differenti jekk inti ma tippruvax tifhem dik il-ġenerazzjoni u din ġejja miż-żewġ naħat. Hemm bżonn iktar ta’ komunikazzjoni u mhux superjorità waħda fuq l-oħra. L-involviment tan-nisa fejn tidħol il-ġenerazzjoni anzjana hemm bżonn li tiżdied għaliex hemm nuqqas kbir ta’ nisa nvoluti li jagħmlu parti mill-ġenerazzjoni anzjana u nemmen li dawn għandhom isemmgħu leħenhom. Iż-żgħażagh iridu jifhmu l-importanza tal-anzjani u jkunu vuċi wkoll għalihom fejn xi kultant ikunu minsija għax iridu jew ma jridux, dawn huma l-istess nies li żammew l-evoluzzjoni għaddejja u ħajja. Għalkemm kulħadd għandu n-nuqqasijiet tiegħu, ma nistgħux ninsew it-tajjeb u l-ġid li sar biex wasalna fil-pożizzjoni li qegħdin fiha llum.

Iż-żgħażagħ tal-lum huma ta’ frott jew ta’ dannu għas-soċjetà? Għaliex? Kif nistgħu niddeskrivu liż-żgħażagħ tal-lum? Huma realment il-pedament tas-soċjetà?

Iż-żgħażagħ huma dejjem frott għas-soċjetà għax mingħajrhom is-soċjetà ma tkomplix kemm bil-kwalitajiet it-tajba kif ukoll bil-ħżiena. Irridu mmorru lil hinn minn dan kollu u nħarsu lejn soċjetà li hija lesta li taħdem għall-futur tagħha. Jien ma nemminx b’kunċett ta’ mexxejja tal-futur imma nemmen li jridu jkunu mexxejja ta’ issa biex ikollna soċjetà inklussiva u ġusta b’ideat friski.

Ekonomija

Sport