Wednesday, July 17, 2024

“Iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur imma wkoll il-preżent”

– L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali

Aqra wkoll

“Iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur imma wkoll il-preżent” hekk qalet fl-Assoċazzjoni Kunsilli Lokali fi stqarrija li ħarġet għall-aħbar li ta’ aktar kmieni llum il-Ministru Owen Bonnici.

L-istqarrija li kienet iffirmata mill-President Mario Fava intqal li fl-2018 Malta kienet it-tieni pajjiż Ewropew li introduċiet il-VOT 16, biex b’hekk żgħażagħ ta’ 16-il sena setgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali u wara, dawk nazzjonali, temmen li kien pass naturali u demokratiku li jsiru l-emendi meħtieġa sabiex tkun possibbli li jkollna Sindki ta’ 16-il sena jmexxu l-lokalitajiet tagħhom.

Bil-liġi tal-Kunsilli Lokali, persuna eletta li tkun ġabet l-akbar ammont ta’ voti, mill-partit li jkun kiseb il-maġġoranza għandu jokkupa l-kariga ta’ sindku. Allura dan huwa proċess demokratiku li għandu jiġi segwit fost l-etajiet kollha eliġibbli li jivvutaw.

Fl-istess waqt, l-Assoċjazzjoni tifhem li dawn iż-żgħażagħ ikunu għaddejjin minn żmien fejn iridu jieħdu deċiżjonijiet importanti fil-ħajja tagħhom u għaldaqstant, huwa neċessarju li jkun hemm l-assistenza, l-għajnuna u t-taħriġ kollu meħtieġ sabiex wieħed ikun jista’ jaqdi l-obbligi li din il-kariga ġġib magħha, bl-aħjar mod possibbli.

“Għax l-Assoċjazzjoni temmen fil-ħiliet u t-tisħiħ tar-riżorsi umani, ser tkompli tinvesti f’dan il-qasam, kif għamlet tul dawn l-aħħar 3 snin, fejn matulhom tat aktar minn 60 sessjoni ta’ taħriġ differenti. Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin, l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tniedi programm ta’ taħriġ intensiv fuq perjodu ta’ tliet snin, kemm għall-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali kif ukoll għall-Kunsilliera u s-Sindki eletti,” kompliet tgħid l-istqarrija.

L-Assoċjazzjoni se tkun qed tara li tkompli toffri l-assistenza kollha meħtieġa biex tati l-gwida meħtieġa u neċessarja lill-membri eletti kollha, partikolarment Sindki ġodda li jistgħu jiġu eletti b’din l-emenda ttemm tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport