Monday, May 13, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann

Aqra wkoll

Mara ta’ 74 sena residenti l-Imsida weġġgħet gravi wara li għall-ħabta ta’ 12.30pm intlaqtet minn Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 66 sena residenti San Ġwann.

L-inċident seħħ fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, f’San Ġwann.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport