Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja se tkun madwar €5

Aqra wkoll

Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA) għas-sena d-dieħla mistennija tkun madwar €5. Kien il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li ħabbar dan waqt li kien qiegħed jiġi intervistat minn Times of Malta.

Meta ġie mistoqsi dwar is-COLA tas-sena d-dieħla, il-Ministru Caruana qal li din x’aktarx se tkun madwar il-livell ta’ €5, simili għal kif kienet fl-aħħar ftit snin, għalkemm iċ-ċifra finali għadha qed tiġi kkalkulata.

“Se nkunu nafu wara din il-ġimgħa,” qal il-Ministru Caruana, u aktar tard spjega li kien qed jistenna l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut ta’ dan ix-xahar – li jkejjel l-inflazzjoni – qabel ma tkun tista’ tiġi ffinalizzata ċ-ċifra.

Din is-sena s-COLA kienet stabbilita għal €4.66.

Is-COLA kienet żdiedet drastikament hekk kif għoliet l-inflazzjoni wara l-impatt doppju tal-pandemija u l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

Hija laħqet l-ogħla livell ta’ €12.81 fl-2024, qabel ma niżlet għal €5.24 fl-2025. Iċ-ċifra finali għas-sena d-dieħla se titħabbar waqt il-budget ta’ dan ix-xahar, li se jsir fis-26 ta’ Ottubru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport