Friday, October 4, 2024

Iż-żmien li għaddejjin minnu bħalissa jitlob deċiżjonijiet kuraġġużi

L-Ekonomista Professur Philip von Brockdorff dwar il-Budget 2024

Aqra wkoll

Pajjiżna għadu għaddej minn żmien inċert minħabba l-gwerra fl-Ilvant tal-Ewropa u għalkemm din il-gwerra mhix tolqotna b’mod dirett, il-konsegwenzii tagħha qegħdin jinħassu, b’mod partikolari fuq il-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel.

Għalhekk filwaqt li s-sussidji fuq il-prezzijet tal-enerġija għandhom jerġgħu jestendu għas-sena li jmiss, fl-istess ħin il-Gvern għandu jibbilanċja din l-ispiża billi titnaqqas l-ispiża rikorrentii li mhix ta’ prijoritá. Huwa għalhekk li ż-żmien ta’ bħalissa jitlob deċiżjonijiet kuraġġużi.

Dan kien il-kumment li ta l-Ekonomista Professur Philip von-Brockdorff f’intervista li kellu ma’ dan is-sit, fejn irrimarka li l-ekonomija u l-qafas soċjali għandhom jibqgħu ta’ prijorità. Von Brockdorff tenna li hemm bżonn ukoll li tingħata attenzjon fuq l-effiċjenza ta’ skemi u servizzi li jipprovdi l-Gvern kemm biex tkompl tikber l-ekonomija kif ukoll l-effiċjenza fil-qasam soċjali. Qal ukoll li l-konsolidament fiskali mhix għażla iżda neċessita biex l-ekonomija tkun tista’ tilqa aħjar għax-xokkijiet ekonomiċi.

Meta mistoqsi dwar dak li huwa mistenni fil-budget għas-sena 2024, il-Professur Brockdorff qal li jaħseb li wasal iż-żmien fejn il-Gvern jelenka eżattament fejn irid iwassal l-ekonomija fis-snin li ġejjin u mhux biss fl-immedjat. Kien hawn fejn irrimarka li minn żmien għal żmien kull ekonomija bbażata fuq il-mudell ekonomiku kapitalsta irid jgħaddi minn tiġdid u li propju pajjiżna għaddej minn dan il-proċess bħalissa.

L-ekonomista qal: “Madankollu dan it-tiġdid jeħtieġ li jwassal għal żieda fl-effiċjenza fl-operat tal-Gvern biex ikompli jinkoraġixxi investiment privat kif ukoll żieda fil-produttivitá fl-operat tas-setturi ekonomiċi fosthom it-turżmu, servizzi finanzjarji u manifattura. Il-miżuri tal-Budget għandhom ikunu mmirati biex tiżdied kemm l-effiċjenza u l-produttivta”.

Il-Budget għas-sena 2024, ġie definit mill-Ministru għall-Fnanzi u x-Xogħol Clyde Caruana bħala wieħed espansonarju. Dwad dan, Brockdorff qal li diment li l-Gvern ma jdaħħalx miżuri ta’ awsterita’ bħal żidiet straordinarji fit-taxxi, u ma jitnaqqsux il-benefiċċji soċjali, bħala ekonomista jaqbel mal-Ministru Caruana li l-Budget 2024 se jkun wieħed li jgħin fit-tkabbir ekonomiku u fit-tisħiħ soċjali.

Riċentament ġie mniedi wkoll id-dokument ta’ qabel il-budget għall-konsultazzjoni pubblika. Fuq id-dokument innifsu, l-ekonomistta qal li dan jiffoka fuq analiżi ekonomika aktar milli miżuri li jistgħu jitħabbru fil-budget. Brockdorff qal ukoll li dik l-analiżi tiixhed ir-reżljenza ekonomika ta’ pajjiżna b’ekonomija li miistennija tikber aktar minn 4% fl-2024.

Temm jgħid li sabiex l-ekonomija tkompli tikber fiil-livell ta’ mhux anqas minn 3% jew 3.5% livell meħtieġ sabex insostnu l-spiża pubblika, neħteġu nżidu kemm l-effiċjenza u kif ukoll l-produttivita’ fis-setturi ekonomiċi kollha.

Sport