Monday, May 13, 2024

Dimostrazzjoni f’Manchester b’appoġġ lejn il-Palestinjani 

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat bosta pajjiżi fosthom dawk Ewropej bħalma huma l-Italja u l-Ġermanja kkundannaw l-attaki vjolenti li l-Hamas wettqu b’sorpriża f’Iżrael.

Madanakollu dawn l-attakki qanqlu reazzjoni mħallta fejn l-aktar li spikkat kienet dimostrazzjoni li saret fil-belt ta’ Manchester fl-Ingilterra b’appoġġ għall-Palestinjani. 

Dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Manchester matul il-jum tal-Ħadd f’turija ta’ appoġġ lejn il-Palestinjani li għaddejjin minn dawn l-attakki f’Gaza u l-Iżrael.

Waqt din id-dimostrazzjoni spikkaw bnadar Palestinjani u kartelluni li sejħu lill-Palestinjani bħala “Ġellieda tal-libertà” u għajtu wkoll biex il-Palestina tingħata d-dritt tal-libertà.

Ma setax jonqos li minn fost il-mijiet ta’ dimostranti jkun hemm dawk li esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom għal dawk l-aktar għeżież tagħhom li jinsabu maqbudin f’dawn l-attakki.

Sadanittant, is-Segretarju tal-Intern tal-Ingilterra Suella Braverman sostniet li kienet tistenna li l-pulizija metropolitana li tuża l-forzi kollha li ttiha l-liġi kontra dimostrazzjonijiet jew wirjiet ta’ appoġġ għall-Ħamas.

Sport