L-ostaġġi Iżraeljani li se jinħelsu mill-Ħamas bħala parti mill-ewwel fażi tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied jinkludu l-iżgħar u l-ikbar ostaġġimaqbuda mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru.
Uffiċjali ta’ Iżrael permezz tal-pjattaforma X ppublikaw lista tat-33 ostaġġi li huma mistwnnija jiġu rilaxxati.
L-iżgħar ostaġġ huwa t-tarbija Kfir Bibas, li meta kellu biss disa’ xhur meta ttieħed mill-Ħamas u issa se jagħlaq kważi sentejn. Dan filwaqt li l-ixjeħ ostaġġ huwa Shlomo Mantzur ta’ 86 sena, li mistenni jkun mal-ewwel ostaġġi li se jinħelsu