Sunday, November 24, 2024

Iżrael iwettaq aktar minn 400 attakk fuq Gaza fi 48 siegħa

Aqra wkoll

Iżreal wettaq 400 attakk fuq il-Medda ta’ Gaza fi 48 siegħda wara li l-ftehim ta’ waqfien mill-ġdid intemm u ma kienx hemm ftehim finali. Il-Prim Ministru Iżraelit qal li xogħol l-armata hu li tagħmel ‘buffer zone’ f’Gaza stess biex il-militanti tal-Hamas ma jergħux jattakkaw lil Iżreal.

Skont rapport fil-midja internazzjonali kien il-Hamas li waqqa’ dan il-ftehim hekk kif nhar il-Ġimgħa reġa’ spara rokits lejn l-art okkupata u waqaf milli jkompli jeħles aktar ostaġġi.

L-armata Iżraelita qalet li hija kompliet twettaq aktar attakki wara li l-Hamas spara rokits kemm fuq villaġġi fl-art okkupata minn Iżreal u anke fuq il-belt ta’ Tel Aviv.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana, uħud mill-attakki li twettqu saru fuq kamp tar-refuġjati fejn mill-inqas inqatlu 13-il persuna.

Il-waqfien mill-ġlied li ġie nnegozjat mill-Qatar b’appoġġ tal-Gvern Eġizzjan u anke tal-Istati Uniti ra l-ħelsien ta’ 80 ostaġġ li kienu qegħdin jinżammu mill-grupp Hamas kif ukoll il-ħelsien ta’ 240 Palestinjan li kienu priġunieri f’ħabsijiet f’Iżrael.

In-negozjaturi f’isem Iżreal nhar is-Sibt filgħaxija telqu minn Doha fejn kienu qegħdin jitkellmu man-negozjati tal-grupp Hamas. Huma qalu li telqu u ħarġu ‘l barra min-negozjati minħabba li t-taħdidiet waqgħu u għalhekk ma kienx posibbli li jsiru aktar laqgħat.

Sport