Monday, November 11, 2024

Iżreal jikkonferma l-mewt ta’ 4 ostaġġi miżmumin f’Gaza

Aqra wkoll

Il-Militar Iżrealit ikkonferma mal-midja internazzjonali li 4 ostaġġi li kienu maħtufa mill-grupp Hamas fis-7 t’Ottubru li għadda ġew ikkonfermati mejta.

Uffiċjali Iżrealiti qalu li dawn ġew maqtulha minnhom stess waqt operazzjoni militari li kienu qegħdin jagħmlu f’Khan Younis. S’issa l-katavri tagħhom għadhom qegħdin jinżammu mill-militanti tal-Hamas.

Il-vittmi huma Nadav Popplewell ta’ 51, Chaim Peri ta’ 79, Yoram Metzger ta’ 80, u Amiram Cooper ta’ 85

“Nistgħu nikkonfermaw li wara investigazzjoni li saret mis-servizz sigriet Iżrealit l-4 ostaġġi ġew maqtulin flimkien f’operazzjoni li kienet qiegħda ssir mill-Hamas.

Il-Hamas kien diġà ġabbar li Nadav Popplewell li għadu passaport Ingliż kien inqatel waqt attakk mill-ajru minn Iżreal, filwaqt li l-Uffiċju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit kien qal li qiegħed jinvestiga dan il-każ u ma setax jikkonferma l-mewt tiegħu.

Sport