Wednesday, July 24, 2024

Jitħabbru d-dettalji tal-funeral ta’ Salvu Muscat

Aqra wkoll

Salvu Muscat, missier l-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju fit-3.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

Kien l-eks Prim Ministru Muscat innifsu li fuq il-midja soċjali ħabbar dawn id-dettalji fejn qal li wara l-quddiesa ssir id-difna f’forma privata fiċ-ċimiterju tal-Qrendi.

Salvu Muscat miet ilbieraħ 3 ta’ Ġunju.

L-eks Prim Ministru Muscat kiteb li “Missieri ħalliena llum. Kien ilu sentejn u nofs jiġġieled tumur mill-aktar aggressivi. Meta sabuh kienu tawh ftit xhur ħajja, iżda baqa jiġġieled bla ma qata qalbu. Dawn is-sentejn u nofs kienu grazzja kbira avolja l-inkwiet keddu.
Kont qed nittama li se jkun qed jara t-tielet Festa tas-Salvatur, li kien jgħix għaliha, waqt li kien għaddej minn din it-taqbida. Iżda kollox dar f’24 siegħa. Id-destin ried li ma kellix ix-xorti nkun miegħu fl-aħħar nifs.”

Ekonomija

Sport