Jack Grealish talab skuża pubblikament lill-partitarji ta’ Everton permezz tal-midja soċjali wara li reġa’ lura għall-azzjoni wara diversi ġimgħat barra mit-team minħabba kwistjoni dixxiplinarja.
Il-winger Ingliż ta’ 31 sena, li jinsab ma’ Everton b’self mingħand Manchester City, kien ilu ma jintgħażel mill-coach David Moyes għall-aħħar erba’ partiti.
Wara li lagħab f’partita ta’ ħbiberija kontra Derby County, Grealish ippubblika messaġġ fuq Instagram fejn talab skuża lill-partitarji u lil dawk kollha marbuta mal-club talli ma setax jgħin lit-team fl-aħħar ġimgħat.
Huwa stqarr li jinsab kuntent li rritorna fit-taħriġ u jinsab ħerqan li jerġa’ jilgħab quddiem il-partitarji ta’ Everton.




