Sunday, November 3, 2024

Jacob Schembri jirbaħ tiġrija tal-kategorija tal-Junios fil-Giro d’Italia Amatori 2022

Aqra wkoll

Għal darb’oħra Malta ħadet sehem f’edizzjoni oħra tal-Giro d’Italia Amatori 2022, l-għaxar edizzjoni li saret ftit jiem ilu fuq tliet tapep li saru f’Ponte Maglio (Fermo), f’Piediripa (Macerata) u f’Capodarco (Fermo).

L-aqwa riżultati miksuba kienu dawk ta’ Jacob Schembri u Luke Borg meta fl-aħħar stadju spiċċaw rispettivament fl-ewwel żewġ postijiet tal-kategorija Juniors. Luke Borg spiċċa r-raba’ fil-klassifika finali tal-Juniors b’14-il punt, filwaqt li Jacob Schembri spiċċa s-sitt post bi 12-il punt. Iċ-ċiklisti l-oħra kellhom riżultati mħallta fejn nfost l-ohrajn Marie Claire Aquilina spiċċat ir-raba’ fil-klassifika finali tan-Nisa. Alexander Smyth spiċċa fit-12-il post fil-klassifika finali, tal-Aħjar Kategorija, dik tal-A/B Prima Serie.

It-tim li kien immexxi minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kien magħmul minn għaxar ċiklisti, li ħadu sehem. Dawk kienu: Etienne Bonello, Clive Ebejer, Jacob Schembri, Luke Borg, Etienne Cutajar, Nicholas Schembri, Gesred Borg, Alexander Smyth, Marie Claire Aquilina u Michelle Vella Wood.

Sport