Tuesday, December 24, 2024

Jagħmel tattoo l-aħħar pittura ta’ bintu qabel ma mietet

Aqra wkoll

Missier li tilef lil bintu minħabba l-marda tal-kanċer, iddeċieda li jagħmel l-aħħar tpinġija li għamlitlu bħala tattoo biex b’hekk jibqa’ jġorrha għal dejjem.

“It-tifla tiegħi mietet minħabba l-kanċer wara xhur sħaħ ta’ tbatija. Kienet tħobb tpenġi u l-aħħar waħda li għamlet kitbet ‘I love you dad’. Biex żgur qatt ma ninsa l-aħħar memorja li jista’ jkolli ta’ binti għamilt l-istess tpinġija bħala tattoo,” qal l-missier li jgħix fir-Renju Unit.

Il-missier ikompli jgħid li hija diffiċli ħafna biex jaċċetta li bintu kienet tilef il-battalja kontra l-kanċer. Hu jgħid minkejja li l-mewt ta’ bintu hu mument diffiċli ferm, hu konxju li dak kollu li seta’ għamel għamlu bit-tama li bintu tfieq.

Ekonomija

Sport