Żewġ immigranti li kienu qed jinżammu fi kwarantina fiċ-ċentru tal-Marsa ħarbu lbieraħ.
L-immigranti huma t-tnejn li huma rġiel, u minkejja li mill-aħħar testijiet li sarulhom kienu rriżultaw negattivi għall-Covid-19, kien għad baqgħalhom l-aħħar jiem fi kwarantina bħala prekawzjoni.
Il-Pulizija attwalment għaddejja bit-tiftix għaż-żewġt irġiel.