Monday, September 30, 2024

Jaka Bijol segwit minn Inter

Aqra wkoll

Inter qed isegwu b’attenzjoni l-profil tad-difensur ċentrali ta’ Udinese Jaka Bijol. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Slovena. Mal-Friulani qed jispikka mhux ftit kemm ilu magħhom sa mis-sena 2022 fejn skorja tliet gowl fi 62 partita.

Udinese qed jitolbu s-somma ta’ €15-il miljun għalih, ċifra li Inter lesti jħallsuha.

Bijol lagħab 55 logħba mat-tim nazzjonali Sloven fejn skorja gowl wieħed biss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport