Wednesday, September 9, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Real Madrid jissuperaw lil Inter

UEFA Champions League: Real Madrid jissuperaw lil Inter

0
47

Real Madrid għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mimlija azzjoni, goals u okkażjonijiet, filwaqt li Kylian Mbappé kompla jsaħħaħ postu fl-istorja tal-UEFA Champions League. 

Il-captain ta’ Franza fetaħ l-iskor fl-14-il minuta b’konklużjoni preċiża minn ġewwa l-kaxxa. 

Dan kien il-71 goal tiegħu f’99 dehra fil-kompetizzjoni, u b’hekk laħaq lil Raul fil-ħames post konġunt tal-aqwa skorers ta’ kull żmien. 

Real Madrid skorjaw it-tieni goal fit-23 minuta wara żball kbir tal-goalkeeper ta’ Inter, Josep Martinez. Federico Valverde ħa l-ballun mingħandu u tefa’ faċilment fix-xibka. 

Inter kellhom diversi opportunitajiet, iżda Thibaut Courtois, li kien qed jagħmel il-100 dehra tiegħu fiċ-Champions League, salva tentattivi importanti fuq Hakan Calhanoglu u Lautaro Martínez. 

Real setgħu skorjaw it-tielet goal, iżda Jude Bellingham tilef ċans tajjeb. Fit-77 minuta, Carlos Augusto naqqas id-distakk u ta tama lil Inter. 

Madankollu, Real Madrid żammew il-vantaġġ u kisbu rebħa importanti. Minkejja dan, il-partitarji ta’ Real ma kinux kuntenti bil-prestazzjoni tat-team u wrew id-diżappunt tagħhom matul il-logħba kollha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here