Papa Franġisku waqt l-Urbi et Orbi, liema barka speċjali tingħata f’Jum il-Milied u f’okażżjonijiet speċjali matul is-sena bħal l-Għid il-Kbir, saħaq li hemm bżonn li l-popli kollha tad-dinja jkunu pellegrini tat-tama, tal-paċi u tal-umianita.
Quddiem eluf kbar ta’ persuni fi Pjazza San Pietru, kif ukoll miljuni oħrajn isegwu minn fuq it-televiżjoni, Papa Franġisku qal li l-bieb ta’ Alla u dejjem miftuħ għalina u hemm bżonn il-popli tad-dinja jerġgħu jersqu lejn Alla.
Papa Franġisku tkellem fit-tul dwar il-bżonn li b’mod immedjat ikun hawn il-paċi u l-armonija madwar id-dinja b’mod partikolari wara li matul il-lejl li għadda r-Russja wettqet attakk kbir fuq l-Ukranja.
“Il-misteru li qatt ma jieqaf isaħħarna, li erġana fakkarnih matul il-lejl li għadda meta l-Verġni Marija welldet lil bambin, fejn dawritu fi ftit ħwejjeġ u poġġietu f’maxtura. Hekk sabuh ir-rgħajja ta’ Betlem, mimli ferħ filwaqt li l-anġli beda ikantaw Glorja lil Alla u paċi fuq il-popli,” kompla jgħid Papa Franġisku.
Il-Barka Urbi et Orbi hija l-Barka fuq il-Belt (Ruma) u fuq id-dinja tiġi segwita minn miljuni fejn fiha l-Papa jinseġ messaġġ partikolari, li fl-aħħar snin kien dejjem marbut mal-paċi fid-dinja.
Fl-istess messaġġ, Papa Franġisku tkellem dwar diversi affarijiet li għaddejjin fid-dinja b’mod partikolari fl-Ukranja. Hu ħeġġeġ liż-żewġ naħat biex imorru fuq il-medja tan-negozjati u jibdew jitkellmu dwar il-paċi.
Talab ukoll għal paċi fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari l-Medda ta’ Gaza fejn is-sitwazzjoni għal miljuni ta’ persuni hija ħażina ħafna. “Hemm bżonn waqfien mill-ġlied, l-ostaġġi jiġu meħlusin u miljuni ta’ persuni jingħataw l-ikel,” kompla jgħid Franġisku.
Tkellem ukoll dwar is-sitazzjoni fil-Libanu, fis-Sirja u anke talab għal paċi fir-Repubblika tal-Kongo, Burkina Faso, Mali, Niger u Mozambique