Sunday, December 22, 2024

Jallega li hu l-vittma mhux l-aggressur

Anzjan Ingliż akkużat li pprova joqtol ieħor

Aqra wkoll

John Oliver Kane, anzjan ta’ 72 sena mir-Renju Unit qed jiġi akkużat li pprova joqtol anzjan ieħor waqt li kienu f’San Pawl il-Baħar. Jirriżulta li l-vittma hu ġirien mal-akkużat u r-raġel tiegħu.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi bdiet il-kumpilazzjoni mexxija mill-Ispettur Kurt Zahra. L-Ispettur xehed li l-anzjan li kien vittma qallu li Kane uża mqass biex jipprova joqtlu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma kien instab minn sid il-blokka tal-appartamenti fejn jgħixu kemm l-akkużat u anke l-vittma.

Persuna li kienet niżla t-taraġ tal-blokka xehdet li rat lill-vittma jimbotta lill-akkużat. Qalet ukoll li l-ġlieda kompliet fuq barra tal-appartamenti fejn iż-żewġt irġiel bdew jagħtu lil xulxin daqqiet ta’ ponn. Xehdet li rat ħafna demm fuq il-flokk tal-vittma u imqass mal-art.

Il-Pulizija kienu tkellmu ma’ 3 irġiel, l-akkużat innifsu, ir-raġel u l-ħabib tagħhom (il-vittma) li dakinhar tal-attentat ta’ qtil kien mar l-għassa tal-Qawra jagħmel rapport.

Waqt l-interogazzjoni, ir-raġel tal-akkużat qal li l-argument kien bdieh il-vittma waqt li kienu fiż-żona tal-komun tal-blokka. Meta imbgħad il-pulizija tkellmu mal-akkużat qallhom li l-vittma kien beda jagħtih bil-ponn f’wiċċu. Hu ċaħda li uża sikkina anżi qal li hu pprova jwaqqaf il-ġlieda.

Jirriżulta li l-vittma kien ilu mqabbad mal-akkżat u r-raġel tiegħu minħabba l-orjentazzjoni sesswali taħhom. Għal xi żmien il-vittma kien fil-periklu tal-mewt, iżda hu ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Kurt Zahra u Italo Mizzi flimkien mal-Avukat Kaylie Bonett f’isem l-Avukat Ġenerali. L-akkużat qed jidher assistit mill-Avukati Joe Giglio, David Bonello u Mattea Giglio.

Ekonomija

Sport